Filmat: “Sensazzjonali” – X Factor Global

Hekk kif qed noqorbu lejn l-aħħar żewġ programme fil-kompetizzjoni ta’ X Factor Malta, grupp ieħor Malti rnexxielu jiġbed l-attenzjoni ta’ X Factor Global, li fl-aħħar sigħat xerrdu l-filmat ta’ dan il-grupp bil-wirja li taw ta’ Man in the Mirror ta’ Michael Jackson waqt l-edizzjoni li kellha bħala tema “Movie Spectacular”.

Din hija t-tieni d-darba f’temp ta’ ftit ġranet li l-wirja tal-Ħadd li għadda ta; F.A.I.T.H ġiet imxerrda fuq X Factor Global. Erbat ijiem qabel, fis-27 ta’ Jannar huma kienu kitbu li F.A.i.t.h jinsabu fi triqithom għall-fama.

F.A.I.T.H (Five in the House) huwa grupp li ġie ffurmat waqt dan il-programm meta saġansitra lanqas kellhom isem. Il-ħames tfajliet, kollha żgħar fl-età f’temp qasir ta’ żmien qed jirnexxielu jimpressjona bil-kbir.

Għada l-Ħadd se nkunu qed narawhom fl-aħħar show qabel il-finali u bla dubju li se tkun serata li se ttertaq mhxu biss lill-parteċipanti iżda wkoll lill-udjenza preżenti u fid-dar.

Ritratt: Albert Camilleri / X Factor Malta

Il-biljetti għall-edizzjoni ta’ għada l-Ħadd huma mibjugħa kollha filwaqt li ma tantx fadal wsiq biljetti għall-finali tas-Sibt 8 ta’ Frar. Għall-biljetti idħlu fis-sit

Min jirbaħ it-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Rotterdam fin-Netherlands. Malta se tkun qed tikkompeti fl-ewwel serata tat-Tlieta 12 ta’ Mejju.