Filmat: Sena mill-mewt ta’ Titti

Ritratt: Facebook/Titti

Għaddiet sena mill-mewt ta’ kelba Titti, magħrufa sew minn bosta li kienu jarawha taqbeż fil-baħar ta’ Delimara. Il-filmati tagħha kienu ferm segwiti ferm u kienu għamlu din il-kelba popolari.

Il-kelba saħansitra għandha paġna dedikata għaliha fuq Facebook u llum hekk kif sid il-kelba, Carmelo Abela, fakkar l-anniversarju mill-mewt tagħha, ħafna kienu dawk li ħ#allew messaġġ bi kliem sabiħ.

Ritratt: Facebook/Titti

Il-kelba kienet ilha għandu għal 10 snin u kellu jraqqadha minħabba li kienet mardet f’qalbha.