Filmat: “Sempliċement ħafna pożittività” – Ivan Grech

Il-pandemija tal-Covid-19 ma waqqfitx lil Ivan Grech milli jkun kreattiv u fl-istess waqt iżomm kuntatt ma’ sħabu… u mas-segwaċi, u dan permezz tal-vidjow tal-verżjoni tal-kanzunetta Happy tal-kantant Amerikan Pharrell Williams.

Fil-kummenti tiegħu Ivan Grech qal li kollox beda meta l-ħabib kitarrist tiegħu Chalie Muscat poġġa fuq il-midja tiegħu verżjoni rock/metal ta’ din il-kanzunetta ikonika.

“Il-kanzunetta tatni vibe tajjeb u għalhekk kellimt lil Chalie u urejtu bl-interess tiegħi li nkanta għal din il-verżjoni,” ikkummenta Ivan waqt li kompla jgħid li l-idea kienet sempliċiment beix jieħdu ftit pjaċir flimkien mal-ħbieb kif ukoll biex sempliċiment inissel ħafna pożittività.

L-idea intgħoġbot minn Muscat li flimkien ma’ Ivan bdew jaħdmu fuq din il-verżjoni filwaqt li numru ta’ personalitajiet ingħaqdu magħhom billi ħadu filmati tagħhom jiddevertu ma’ din il-kanzunettu u jxerrdu l-istess pożittività mal-pubbliku.