Għada l-Ħadd 10 ta’ Jannar l-istazzjon Canale 5 se jkun qed jiddedika serata sħiħa għal Papa Franġisku.
Is-serata se tiftaħ fid-8.40pm bil-programm Il Mondo Che Vorrei! Parla Papa Francesco, intervista esklussiva li saritlu minn TG5.
Fl-9.45pm imbagħad mistenni jixxandar il-film “Chiamatemi Francesco – Il Papa della Gente” li jirrakkonta l-istorja personali u spiritwali ta’ Jorge Mario Bergoglio, imwieled minn immigranti Taljani fl-Arġentina.
Il-film jirrakkonta dwar iż-żgħożija tiegħu, il-vokazzjoni tiegħu u l-formazzjoni tiegħu, sal-ħatra tiegħu bħala Papa fl-2013.
Fil-film, b’direzzjoni ta’ Daniele Luchetti jieħdu sehem Rodrigo De la Serna, Sergio Hernández, Alex Brendemühl, u Mercedes Morán.

Wara l-film imbagħad jixxandar programm ieħor speċjali mtella’ minn TG5.
Nota: Il-filmat f’dan il-paġna huwa t-trailer tal-istess film meta kien inħareġ fiċ-ċinema fl-Italja f’Diċembru tal-2015.