Filmat: “Sejħa biex ngħinu lid-Dar tal-Providenza”

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi qal li l-poplu Malti huwa msejjaħ biex ikun ġeneruż mad-Dar tal-Providenza biex din tiriċievi l-għajnuna li għandha bżonn biex tkompli tirrispetta d-dinjità tar-residenti tagħha.

Mons. Galea Curmi qal dan ma’ Newsbook.com.mt u appella lin-nies biex apparti milli jagħtu donazzjoni fl-1 ta’ Jannar, ikomplu jgħinu matul is-sena kollha.

Skont Mons. Joseph Galea Curmi, il-valur tal-bniedem ma jiġix minn dak li kapaċi jagħmel imma jiġi awtomatikament għax huwa persuna u parti mill-ħolqien ta’ Alla. Żied jgħid li aktar ma wieħed jagħraf dan, aktar l-għajnuna li wieħed jagħti jkollha tifsira tajba.

Dan qalu wkoll l-Isqof Awżiljarju waqt il-programm Ta’ Kulħadd bi preżentazzjoni ta’ Massimiliana De Martino fuq RTK103 FM.

Fl-1 ta’ Jannar se jkun hemm il-Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza.