Filmat: Segwi t-tieni prova tal-kantanti

Ritratt: Thomas Hanses

Għada l-Ħadd 24 ta’ Novembru fil-Polonja se ssir il-finali tas-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest b’Malta rappreżentata minn Eliana Gomez Blanco bil-kanzunetta We Are More.

Il-kantanta żagħżugħa ilha minn nhar it-Tnejn fil-Polonja għaddejja bil-provi biex għada tkun tista’ tagħti l-aħjar waqt il-konkors li se jixxandar dirett fuq TVM mill-4pm ‘il quddiem.

19-il pajjiż se jkun qed jieħu sehem u hawn tistgħu taraw silta mit-tieni prova tagħhom fuq il-palk ta’ Gliwice Arena, fejn appuntu se jsir il-festival.

L-Ordni ta’ kif se jipparteċipaw il-pajjiżi fil-finali ta’ għada l-Ħadd hija din:

Ritratt: junioreurovision.tv

L-ewwel fażi tal-votazzjoni hija miftuħa diġà u se tibqa’ miftuħa sa għada l-Ħadd. Dan permezz tas-sit junioreurovision.tv

Biex tivvutaw għall-kanzunetta ta’ Malta tridu tivvutaw mill-inqas għal żewġ kanzunetti oħra.

Il-votazzjoni tagħlaq minuta qabel ma’ tibda s-serata finali l-Ħadd u terġa’ tiftaħ għada stess għal 15-il minuta wara li tiġi nmterpretata l-aħħar kanzunetta.

AQRA: Filmat: “Irrid nagħmel unur lil pajjiż” – Eliana