Filmat: “Se tgħidli x’inhu jiġri?”

Renzo Bonello u Carlos Farrugia f'Division 7

Fl-epsidoju tal-lejla mis-sensiela Division 7 Karl jispjega sew lil Matthew u l-kummissarju kif ġraw l-affarijiet ma’ Miss Chewy u sħabha. Iżda Matthew, li jaf sew lil Karl, ma tantx jidher konvint minn dak li ghadu kemm sema’. Infatti Karl, gideb fuq kollox.

Naraw ukoll kif Mons. Michael iltaqa’ max-Xitan l-ewwel darba u ġie ppussessat minnu. Issa nafu biċ-ċert li l-aġir ta’ Mons Michael ġej kollu mix-Xitan.

Steve qiegħed quddiem Chloe bil-pistola ppuntata lejha. Se jasal jisparalha?

Dan hu dak li se jiġri fl-episodju tal-lejla, li jixxandar fuq One TV fid-9.05pm.

Division 7️⃣ Seaaon 🎱 Episode 4️⃣ coming up 😉Ghal aktar informazzjoni fuq il-progetti l-godda taghna, ghamlu like fuq il-pagna ta' DBA EntertainmentZippy

Posted by DIVISION 7 on Wednesday, October 14, 2020

Division 7 għandu produzzjoni ta’ DBA Entertainment.