Filmat: “Se nwieġeb wara l-Kabinett” – Konrad Mizzi

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li kollox se jwieġeb wara l-laqgħa tal-Kabinett. Dan wara meta mistoqsi jekk hux se jirriżenja mill-kariga tiegħu.

Dr Mizzi kien qed jiġi mistoqsi mill-ġurnalisti quddiem il-Qorti, fejn mar jixhed fil-kawża li fetaħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kontra l-Gvern dwar il-bejgħ tat-tliet sptarijiet.

Dawn huma l-mistoqsijiet li Konrad Mizzi ma weġibx:

  • Irriżenjajt?
  • Ħa tirriżenja?
  • Se tirriżenja bħal Keith Schembri?
  • Meta l-aħħar darba li ltqajt ma’ Yorgen Fenech?
  • Tikkonferma li kont fuq titjira miegħu f’Londra?
  • Ġejt mitkellem mill-Pulizija?

Huwa qal li wara li jlesti se jkun qed jagħti stqarrija kif suppost. Talab ukoll għar-rispett tal-ġurnalisti biex jistennew sakemm tispiċċa l-laqgħa tal-Kabinett f’Kastilja. Fisser li mar jixhed il-Qorti biex jonqosx mir-responsabbiltà tiegħu.

Is-sejħa mis-soċjetà ċivili hi biex minbarra Keith Schembri jirriżenjaw ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi.

Dan wara l-aħħar żviluppi fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.