Filmat: “Se noħorġu rebbiħin”

Il-kampanja tal-istazzjon 103 Malta’s Heart tkompli hekk kif numru ta’ personalitajiet ikomplu jwasslu aktar messaġġi permezz tal-kampanja We Are All in This Together.

Kevin Naudi jissuġerixxi biex ma noqogħodux nippanikjaw iżżejjed waqt li Ronald Briffa ifakkarna biex insegwu dak li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jgħidulna.

Michela Pace, li rrappreżentat lil Malta fl-aħħar edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, tfakkarna beix nibqgħu d-dar ħalli b’hekk ma ndumux ma nerġgħu naqgħu għar-rutina normali tagħna.

Fr Karm Debattista jesprima t-tama li dan iż-żmien ma jdumx ma jgħaddi waqt li d-duo Danusan ifakkarna li huwa mportanti li n/ommu l-moral tagħna għoli.

Is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci tfakkar li għandna nosservaw id-direttiva ta’ disatnza soċjali u tfakkar ukoll lill-anzjani biex jibqgħu d-dar.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn