Filmat: “Se nkunu qrib tiegħek” – L-Isqof Teuma lill-Kardinal-Elett

Read in English.

L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma wassal l-awgurju tiegħu lill-Kardinal-Elett Mario Grech li llum waranofsinhar se jinħatar kardinal mill-Papa Franġisku.

F’filmat qasir, f’isem is-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-lajċi, l-Isqof Teuma wiegħed lil Mons. Grech, li mhux biss se jsostnuh bit-talb u bis-sapport affettiv, imma wkoll li jkunu qrib tiegħu fil-mumenti kollha tal-esperjenza li se jagħmel mal-Papa. “Se jkun għalina punt ta’ riferiment fil-ħidma tal-Appostolat li aħna msejħin għalih”, kompla jgħid Mons. Teuma.

Saħaq li huwa unur kbir li “l-Papa għażel wieħed minna biex jgħin fil-ħidma għall-komunità”.

Newsbook.com.mt se jxandar il-Konċistorju fl-4pm.

Il-Konċistorju se jsir fil-Bażilika ta’ San Pietru. Se jsir ukoll it-Tqegħid tal-Berittin, il-Konsenja tal-Ċurkett u l-Għoti tat-Titlu jew Djakonija. Dan huwa il-librett ta’ din iċ-ċelebrazzjoni: Librett.

Fil-25 ta’ Ottubru, il-Papa Franġisku ħabbar 13-il Kardinal ġdid fosthom lill-Isqof Grech.

Mons. Mario Grech huwa l-ewwel Għawdxi li qatt inħatar Kardinal. Imwieled il-Qala, għex Ta’ Kerċem, u serva bħal Isqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex mill-2005 sa din is-sena, meta l-Papa sejjaħlu biex ikun is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet f’Ruma.

 

Filmat: CVC Media