Filmat: Se nkun il-Bulgarija naqra l-punti ta’ Malta u nappoġġja lil Destiny – Federica

Il-punti ta’ Malta tal-Junior Eurovision din is-sena se jkunu qed jinqraw minn Federica Falzon.
F’intervista esklussiva ma’ Newsbook.com.mt Federica Falzon spjegat li qed temmen ħafna f’Destiny kif Destiny kienet ta’ kuraġġ kbir ħafna għaliha s-sena l-oħra meta hi rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision li sar f’pajjiżna.
Fl-intervista Federica tkellmet ukoll dwar il-ktieb Għażiża 2014 li se joħroġ għada u li jiġbor fih il-memorji tagħha tas-sena 2014.  Titkellem dwar il-memorji tar-rebħiet tal-programm televiż Taljan Ti Lascio una Canzone, dwar il-Junior Eurovision organizzat f’Malta u dwar ħajjitha meta ma kinitx tkun fuq il-palk.
Ma’ Newsbook.com.mt tkellem ukoll l-għalliem ta’ Federica Joseph Bonnici li kiteb il-ktieb Għażiża 2014.  Bonnici li kien ukoll l-għalliem tas-sitt sena ta’ Federica, jispjega kif nibtet l-idea tal-ktieb u għaliex il-qligħ tiegħu se jmur għall-Community Chest Fund.
Newsbook.com.mt jixtieq jirringrazzja lill-kap tal-iskola ta’ Ħal Safi Ms. Joanna Cauchi tal-għajnuna tagħha biex saret l-intervista.
Filmat: Reel8Productions