Filmat: “Se nkompli mal-viżjoni li kelli 4 snin ilu għal Ħal Kirkop” – Terence Agius

Terence Agius, is-Sindku elett ta’ Ħal Kirkop, qal li l-viżjoni li kellu erba’ snin ilu meta kien ġie elett Sindku ħadem għaliha flimkien mal-kumplament tal-Kunsill Lokali, u issa beħsiebu jkompli jibni fuqha.

Agius, elett f’isem il-Partit Laburista, irringrazzja lill-Koppin tal-fiduċja li reġgħu wrew fih. Huwa qal li minkejja li l-kariga ta’ Sindku hija sabiħa, fiha impenn kbir, iżda fiduċjuż li flimkien mal-kunsilliera l-oħra, jistgħu jwasslu l-aħjar li jistgħu lill-Koppin.

Aqra: LIVE: Il-PN jirbaħ il-Kunsill Lokali tal-Munxar mill-PL

Ilbieraħ kienet l-aħħar ġurnata tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli nqasmu fi tliet gruppi għall-għadd. Il-proċess beda nhar l-Erbgħa u ntemm ilbieraħ, bl-aħħar 23 lokalità. Il-voti li ngħaddu lbieraħ kienu dawk mill-Munxar, is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Furjana, San Lawrenz, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur, il-Mosta, il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa, il-Qala, iż-Żebbuġ, ix-Xgħajra, il-Birgu, Ħal Safi, u ta’ Kerċem.