Filmat: “Se nispiċċaw immorru l-preċett tan-neputija bix-shorts u t-tshirt?” – residenta mbikkma

Read in English.

Mara li hi residenti fid-dar ta’ fejn aktar kmieni dalgħodu ċeda l-ħajt fil-Ħamrun, spjegat kif malli ċeda l-ħajt kellhom jaqbdu lil ommha li hi anzjana u jgħinuha tinżel minn fuq. Il-mara qalet li qabel seħħ l-inċident, kienet diġà kelmet lill-Uffiċju tar-Regolatur tal-Bini (BRO) u lill-Awtorità tal-Ippjanar li qalulha biex tmur għand avukat. Hija tellgħat posts fuq Facebook dwar l-inċidenti li seħħew f’postijiet oħra u qalet li kien hemm min qalilha li kienet qed tesaġera.

Qalet ukoll li t-tifla t’oħtha se tagħmel il-preċett il-Ħadd li ġej u lanqas biss tista’ tuża l-libsa li għandha lestha tal-okkażjoni. Imbikkma, qalet li la għandhom fejn joqgħodu imqar għal-lejl u lanqas jafu x’jistgħu jaqbdu jagħmlu. Spiċċaw bla saqaf fuq rashom.