Filmat: “Se nipprova nagħmel li nista’ biex inkun hawn għalik”

Illejla tkompli s-sensiela Division 7 fejn naraw lill-Pulizija ifittxu fid-dar tal-Brimbu u jidher li apparti l-akkużi u provi kollha li diġà hemm kontrieh, dawn jistgħu jiżdiedu bi provi ġodda.

Amir jiftaħ qalbu ma’ Ben u Amy fuq min qatel lil ommu, iżda ovvjament ma jaqblux mal-pjan ta’ Amir li jivvendika lil ommu. X’se jsir min-Niċċa u d-Dondon issa li nqabdu u ġew interrogati?

Id-Dondon kixef ħafna affarijiet. Tgħid se jirnexxielu jiżgiċċa milli jeħel sentenza kbira?

Davide Tucci Division 7

Division 7 għandu produzzjoni ta’ DBA Entertainment u jixxandar fuq One fid-9.05pm.