Filmat: “Se ninvolvi lill-kunsilliera li ma telgħux” – John Boxall

Is-Sindku elett tal-Birgu John Boxall qal li huwa mhux biss irid jaħdem mal-kunsilliera eletti miegħu, iżda anke ma’ dawk li kienu kandidati u ma telgħux.

Boxall reġa’ ġie elett f’isem il-Partit Laburista wara li kien sindku tal-Birgu għall-aħħar 25 sena.

F’kummenti li ta lil Newsbook.com.mt meta kien għadu mhuwiex deċiż li kien hu li ġab l-iżjed voti fil-lokalità tiegħu, huwa qal li beħsiebu jaqsam is-snin ta’ esperjenza li għandu mal-esperjenzi l-ġodda li jġibu magħhom kunsilliera ġodda, għall-ġid tal-Birgu.

Aqra: LIVE: Il-PN jirbaħ il-Kunsill Lokali tal-Munxar mill-PL

Illum l-aħħar ġurnata tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli nqasmu fi tliet gruppi għall-għadd. Il-proċess beda nhar l-Erbgħa u jintemm illum, bl-aħħar 23 lokalità. Illum, il-voti li qed jingħaddu huma dawk mill-Munxar, is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Furjana, San Lawrenz, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur, il-Mosta, il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa, il-Qala, iż-Żebbuġ, ix-Xgħajra, il-Birgu, Ħal Safi, u ta’ Kerċem.