Filmat: “Se ningħaqdu kollha wara l-mexxej il-ġdid”

Read in English.

Tliet Membri Parlamentari tal-Partit Laburista sostnew li minn nhar il-Ħadd li ġej se jkunu qed jingħaqdu wara l-mexxej ġdid tal-Partit Laburista.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg u s-Segretarju Parlamentary Clint Camilleri kienu qed iwieġbu l-mistoqsija tal-ġurnalisti dwar jekk għandhomx fiduċja f’dawk li qed jikkontestaw għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista.

Camilleri sostna li nhar il-Ħadd il-PL se jkollu mexxej ġdid u li l-Membri Parlamentari, il-Kabinett u l-attivisti tal-partit se jkunu kollha warajh. Qal li dan għall-kuntrarju ta’ li qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista fejn sa issa għad hemm fazzjonijiet li għadhom ma jistgħux iniżżluha li Adrian Delia qed imexxihom.

Intant, Caruana qalet li bħalissa tinsab iffukata fuq il-ħidma tagħha u minn nar it-Tnejn li ġej, hi u l-kollegi tagħha se jkomplu għaddejjin bil-ħidma.

Intant, Borg sostna li għandu fiduċja assoluta fil-Partit Laburista u f’min qed imexxi n-nies tal-Kummissjoni elettorali.