It-tenur Malti Joseph Calleja se jieħu sehem fil-Gala At-Home li se jsir online illum is-Sibt 25 ta’ April fis-7.00pm li se jkun disponibbli b’xejn fuq il-websajt tal-Metropolitan Opera Se jieħdu sehem aktar minn 40 artisti ewlenin minn djarhom stess madwar id-dinja waqt live stream. Calleja se jkun qed jieħu sehem mid-dar tiegħu fil-Mellieħa.
Il-Maniġer Ġenerali tal-Metropolitan Opera Peter Gelb u d-Direttur tal-Mużika Yannick Nézet-Séguin se jospitaw minn djarhom fi New York City u Montreal, rispettivament.
Nézet-Séguin se jipparteċipa wkoll fil-gala bħala pjanista u se jidher bħala surmast fi spettakli rrekordjati minn qabel mill-Orkestra Met u l-Kor, li se jinħolqu minn teħid individwali mid-djar ta’ kull wieħed mill-mużiċisti fil-jiem li jwasslu sal-gala.
Wara l-wirja diretta ta’ għada l-gala se ssir disponibbli għall-wiri fuq talba sal-12.30am ta’ nhar it-Tnejn.
Il-Gala At Home hija parti mill-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi The Voice Must Be Heard li ssostni lill-kumpanija u tipproteġi l-futur tagħha. Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru fuq il-websajt.
Tista’ ssegwi dan il-kunċert illejla permezz ta’ dan il-link.