Filmat: “Se nħoss in-nuqqas tagħha wara li jgħaddi kollox” – Claudia

Claudia Faniello hi t-tieni personalità li Frederick Zammit intervista fis-sensiela Let’s Chat. F’din l-intervista li tistgħu ssegwu fil-filmat Claudia titkellem dwar kif is-sitwazzjoni preżenti effettwatilha ħajjitha, kemm fl-istudju, kif ukoll fil-mużika.

Tgħid ukoll kif qed teffettwaha din is-sitwazzjoni. Tgħid ukoll li din is-sitwazzjoni dewwqitna xi ħaġa sabiħa wkoll, u li se tkun qed tħoss in-nuqqas tagħha wara li jgħaddi kollox.

Hija titkellem ukoll dwar in-nies li qegħdin weħidhom kif ukoll dwar l-ewwel ħaġa li biħsiebha tagħmel la jgħaddi dan kollu.

Segwi l-intervista sħiħa f’dan il-filmat.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn