Filmat: “Se naħdem biex Ħondoq jibqa’ tal-Maltin u l-Għawdxin” – Paul Buttigieg

Paul Buttigieg, reġa’ ġie kkonfermat Sindku tal-lokalità tal-Qala. Fl-ewwel kummenti tiegħu ma’ Newsbook.com.mt, is-Sindku Laburista saħaq li se jkompli jaħdem u jagħmel dak kollu possibbli biex il-Qala tmur dejjem għall-aħjar b’mod partikolari l-Bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien biex tibqa’ f’idejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Irrimarka s-sodisfazzjon tiegħu għar-riżultat li kiseb, hekk kif ilu 17-il sena jaħdem għal-lokalità, bl-aħħar sentejn bħala Sindku.

Aqra: LIVE: Il-PN jirbaħ il-Kunsill Lokali tal-Munxar mill-PL

Illum l-aħħar ġurnata tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli nqasmu fi tliet gruppi għall-għadd. Il-proċess beda nhar l-Erbgħa u jintemm illum, bl-aħħar 23 lokalita. Illum, il-voti li qed jingħaddu huma dawk mill-Munxar, is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Furjana, San Lawrenz, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur, il-Mosta, il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa, il-Qala, iż-Żebbuġ, ix-Xgħajra, il-Birgu, Ħal Safi, u Ta’ Kerċem.