Filmat: Se jsiru maskri apposta għall-qassisin?

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna enfasizza l-bżonn tal-użu tal-maskri hekk kif issa ddaħħlet fil-liġi li l-pubbliku kollu jilbes il-maskri fi kwalunkwe post hekk kif wieħed joħroġ mid-dar.

Fil-programm speċjali Newsbook Q&A, l-Arċisqof tkellem dwar il-moda u kif għadd ta’ negozji qiegħdin jipproduċu maskri sbieħ saħansitra bid-djamanti.

Fil-programm, il-preżentatur Fr Joe Borg semma kif la hu u lanqas l-Arċisqof mhuma lebsin il-maskri peress li l-intervista qed issir permez ta’ videoconferencing u ma hemmx persuni oħra fil-kmamar fejn kienu.

Għall-mistoqsija ta’ Fr Joe Borg jekk hex se jsiru maskri apposta għall-qassisin, l-Arċisqof qal li fl-Italja qed jinbiegħu maskri f’pakketti ta’ ħamsa bil-kuluri kollha tal-liturġija inkluż ir-roża li jintuża biss darbtejn fis-sena liturġika.

Semma wkoll l-esperjenza tiegħu f’Ruma tul l-aħħar xhur fejn qal li għadd ta’ ħwienet bidlu l-operat tagħhom biex bdew ibiegħu l-maskri minflok ħwejjeġ oħra.

Wieħed jista’ jneħħi l-maskra biss f’ċerti sitwazzjonijiet:
Il-Gvern iħabbar l-użu mandatorju tal-maskri kullimkien