Filmat: Se jitranġaw 16-il triq f’Għawdex

16-il triq rurali f’Għawdex se jitranġaw b’investiment ta’ €2 miljun. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Clint Camilleri waqt żjara f’Ta’ Sannat fejn jinsabu għaddejjin xogħlijiet fi Triq il-Bardan.

It-toroq li se jitranġaw jew jinbnew mill-ġdid f’Għawdex jinsabu f’Ta’ Sannat, fin-Nadur, fix-Xagħra, f’Ta’ Kerċem, fl-Għarb u fiż-Żebbuġ.

It-toroq u passaġġi rurali huma dawn:

Ta’ Sannat: Triq Bardan;

In-Nadur: Triq Binġemma, Triq ta’ Xurdin u Triq Inżul il-Franċiżi;

Ix-Xagħra: Triq tar-Ramla (tal-għejjun), Triq Għajn Wajtar, Triq Għajn Meddew, Triq tal-Wied tal-Għeżien, Triq ta’ Garaffa u Triq Sruġ;

Iż-Żebbuġ: Triq Wied l-Infern u Triq Wied l-Abjad;

Ta’ Kerċem: Triq l-Għadira;

L-Għarb: Triq Wied il-Knisja u t-triq bejn Triq it-Trux u San Dimitri.

B’kollox f’Malta u Għawdex se jsiru 61 triq rurali b’investiment ta’ €11-il miljun.  Clint Camilleri qal li ’l fuq minn 1,000 bidwi mistennija jibbenifikaw minn dan it-titjib fl-aċċess ta’ toroq rurali madwar il-gżejjer.  Is-Segretarju qal ukoll li ladarba jitlesta t-tarmak se jibdew jitranġaw minnufih il-ħitan tas-sejjieħ.

Min-naħa tiegħu s-Sindku Ta’ Sannat Philip Vella qal li l-Kunsill Lokali dejjem kien minn ta’ quddiem sabiex jara kif ipoġġi lil-lokalità ’l quddiem tant li kien minn tal-ewwel li bbenifika minn madwar €150,000 b’kofinanzjament minnn fondi Ewropej.