Filmat: Se jirnexxi l-pjan ta’ Arturo u l-Kardinal?

Id-disà puntata mit-tieni staġun tas-sensiela LGħarusa tkompli llejla fuq TVM fil-ħin ta’ 8.50pm. Bosta huma l-intriċċi li se jseħħu fil-ġrajja miktuba minn Audrey Brincat Dalli bi produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media.

Emilda taffaċċja lil Nena dwar ir-ritratt u titloba mingħandha diskrezzjoni assoluta tal-ħajja qabel daħlu fil-palazz. Abela jkompli fuq li kien ġa beda Fenech Lauri u jerġa’ jkellem lit-tifla. Il-ħbiberija bejn Karm u Flemenia tkompli tinbet ħelu u jsib wens fil-kumpanija ta Flemenia.

Ritratt: Reno Rapa

Il-pjan ta’ Arturo u l-Kardinal rnexxa. Bettina ffirmat. Imma rnexxa għal kollox? Issa li Bettina ffirmat ikollha tgħid lil Diego x’ġara. Kif ser jeħodha Diego? Ħa jifhem is-sitwazzjoni tagħha? U Kalċ kif baqa’ wara li Liberat qabditu jisraq?