Filmat: Se jirduppjaw l-oqbra fiċ-ċimiterju tal-Mellieħa – Fearne

.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li se jirdoppja n-numru ta’ oqbra fiċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa għal 160 qabar.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Fearne qal li xi tmien oqbra se jkunu għal komun u 68 oħra se jkunu għall-bejgħ. Skont Fearne, hemm nies fuq il-lista ta’ stennija li ilhom li rreġistraw madwar 15-il sena ilu.

Qal li t-tender għax-xogħol ġie ffirmat fl-aħħar tas-sena l-oħra. Spjega li fl-ewwel kwart tal-2019 mistenni jsir it-tħaffir u wara jibda l-bini tal-oqbra. It-tender ġie jiswa €400,000. Il-Gvern mistenni jġib il-flus lura permezz tal-bejgħ tal-oqbra.

Skont Fearne, il-Gvern bħalissa għandu madwar 11-il ċimiterju. Qal li l-lista ta’ stennija nazzjonali għall-oqbra hija ta’ madwar elfejn qabar.