Filmat: Se jaslu għall-messaġġ moħbi fil-libsa?

Fil-puntata tal-lejla tas-sensiela L-Għarusa Bettina tisma lil Carlotta u Arturo jitkellmu fuq l-ittra li kienet ser tinbagħat. Bettina titlob favur mingħand Bert ħabba propjeta’ għal ħabiba tagħha.

Jo Christine Scicluna u Henry Zammit Cordina. Ritratt: Mario Mifsud

Diane tara lil Liz u Tash jippruvaw isibu mod kif jaslu għal messaġġ tal-libsa li hemm moħbi.

Diane għal darba tħossha tirrelata mal-libsa u toffri l-għajnuna tagħha li tkellmu hi lil Manwel. Fenech Lauri u Karm jkollhom għajnuna ġdida fid-dar u tintlaqa tajjeb minn Karm.

L-pjan ta’ Arturo u l-Kardinal rnexxa, Bettina ffirmat – imma rnexxa għal kollox? U Kalċ kif baqa wara li qabditu jisraq Liberat?

U min hi Flaminia?

Ritratt: Reno Rapa

It-tmien puntata mit-tieni staġun ta’ L-Għarusa tixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM.

L-Għarusa għandha kitba ta’ Audrey Brincat Dalli bi produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media.