Filmat: Sarri jitlaq mill-grawnd inqas minn 24 siegħa bogħod mill-finali

L-aħħar ħaġa li xtaqu jaraw il-partitarji ta’ Chelsea hija battibekk bejn il-plejers u l-kowċ idabbar rasu l-ġewwa f’nofs training. Ftit inqas minn 24 siegħa mil-logħba tal-finali tal-Europa League bejn Chelsea u Arsenal, deher ċar li nqalgħet xi kwistjoni bejn il-plejers u l-kowċ ta’ Chelsea.

David Luiz u Gonzalo Higuain spiċċaw ras imb’ras fit-training u fil-filmat jidher li għaddew xi kummenti lil xulxin. Waqt li kien qed jiġri dan kollu, l-kowċ ta’ Chelsea, Maurizio Sarri deher jissuppervja u jimxi lura għad-dressing rooms filwaqt li neħħa l-beritta u sabbatha mal-art.

Aktar tard fil-ġurnata, kien irrapurtat li Sarri daħla ‘l ġewwa mhux għax kellu xi jgħid mat-tim iżda mar wara Higuain u Pedro li dehru ħerġin mill-grawnd qabel ma spiċċa t-training.