Filmat: Sarah għal min se tagħfas il-Golden Buzzer?

It-tielet programm mill-ewwel staġun ta’ Malta’s Got Talent jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM. Matul dan il-programm se nkomplu naraw aktar wirjiet mill-auditions tal-parteċipanti u llejla għal darb’oħra se naraw lil xi ħadd jgħaddi b’mod dirett għal-live shows.

Mill-filmat promozzjonali jidher li se tkun Sarah Zerafa li se tkun qed tagħfas il-buzzer.

Il-ġimgħa l-oħra kien Howard li għadda għal-live shows il-grupp ta’ żeffiena bl-isem ta’ The Movement.

Fl-ewwel programm,, dak ta’ ħmistax ilu, kien Ray li għafas il-buzzer għall-wirja ta’ Kristian Alakkad ta’ ħames snin li kein kapaċi jagħraf il-pajjiż minn fuq il-mappa.

U l-lejla min se jkun qed jieħu l-Golden Buzzer?