Filmat: Sangria ta’ Emma Muscat ċertifikata bħala diska tad-deheb

“Ninsab emozzjonata. Ilni nistenna din il-ġurnata. Lanqas naf minn fejn se nibda. Grazzi lil kulħadd li għamiltuha possibbli. Għamilt ħafna sagrifiċċji f’ħajti sabiex nasal f’dan il-punt u rrid ngħid li ma jiddispjaċiniex. Dan kollu ma kienx ikun possibbli mingħarkom, mingħajr il-familja u mingħajr it-tim tiiegħi”.

Hekk ikkummentat il-kantanta Emma Muscat għall-aħbar li l-kanzunetta Sangria li hija bi stil Latin-Amerikan hi dwar storja ta’ mħabba fix-xhur tas-sajf b’vidjow li fl-isfond tiegħu għandu l-baħar Mediterran b’xeni maħduma fil-Blue Lagoon, Forti Sant’ Anġlu, il-Port il-Kbir u l-Belt Valletta. Il-partijiet fejn jidher Astol inħadmu f’Ruma.

Nawguraw aktar suċċessi lil Emma Muscat għaż-żmien li ġej.