Filmat: San Pietru se jbaħħar lura lejn Birżebbuġa

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=mbpfpZAlR2o]

Il-poplu ta' Birżebbuġa se jkun qed jerġa' jilqa' l-vara titulari ta' San Pietru wara xogħol ta' restawr li sar fuqha fl-aħħar sena.
Għal din l-okkażjoni, il-vara titulari ta' San Pietru se tasal minn fuq il-baħar nhar it-Tnejn 31 ta' Lulju.
Ix-xogħol ta' restawr beda sentejn ilu meta sar xogħol ta' induratura fuq il-pedestall tal-vara. 
Matul din is-sena kien imiss l-istatwa u x-xogħol sar mill-artist Aaron Camilleri Cauchi.
Iċ-ċelebrazzjoni ta' nhar it-Tnejn 31 ta' Lulju se tkun il-ftuħ tal-festa titulari li l-parroċċa ta' Birżebbuġa tiċċelebra ad unur San Pietru fil-Ktajjen kull l-ewwel Ħadd ta' Awwissu.