Filmat: San Pawl jista’ jgħoddha b’waħda!

Din is-sena San Pawl jista’ jgħoddha b’waħda kieku ma kienx għall-ħeffa tar-reffiegħa 
Mad-dħul tagħha lura fil-Knisja ta’ San Pawl, wara l-purċissjoni mat-toroq tal-Belt Valletta, l-istatwa ġġenbet u ħabtet ftit mal-bieb.
Persuni li llejla kienu fil-knisja jistennew id-dħul tal-istatwa, qalu ma' Newsbook.com.mt li kien hemm għagħa u kommossjoni fost il-folla.
Madanakollu r-reffiegħu kienu pronti jiddrittawha, mingħajr konsegwenzi għalihom u għan-nies preżenti.
Filmat: Stephen Deguara fuq info@newsbook.com.mt