Filmat: Salvaw kemm felħu annimali min-nirien fl-Awstralja

Għad għandhom biss 18 u 19-il sena rispettivament iżda s-sens kbir ta’ altruwiżmu li dawn iż-żewġ żgħażagħ spiċċa biex issa qed jiġi nnutat madwar id-dinja hekk kif l-istorja tagħhom qegħda tinxtered fuq il-maġġoranza tas-siti soċjali madwar id-dinja.

Filwaqt li qed jiġi kkalkulat li madwar biljun annimali mietu maħruqa, Micah u Caleb minn jeddhom marru fuq missjoni bil-karozza fejn bdew iduru l-postijiet milquta min-nirien biex jippruvaw isalvaw l-annimali.

Sfortunatament ħafna annimali kienu mejta u dawn it-tnejn bdew isalavw dawk li forsi kellhom tama li jibqgħu ħajjin. B’kollox salva madwar 20 koala li huma bdew idaħħalu fil-karozza tagħhom u jfittxu li jagħtuhom ħajja.

Huma qalu li 60% tal-koalas li sabu kienu diġà mejta filwaqt li ftit mill-koalas li daħħlu fil-karozza tagħhom mietu minħabba fil-ġrieħi serji li kienu qed isofru.

Apparti li salvaw dawn l-annimali, Caleb u Micah se jkunu qed jieħdu ħsiebhom sakemm is-sitwazzjoni taqa’ lura għan-normal u l-annimali salvati jkunu jsitgħu jittieħdu lura fl-ambjent naturali tagħhom.