Filmat: Salvati 11 mill-għarqa fil-Mediterran

Bastiment tal-għaqda SOS Mediterranee salva 11-il persuna minn fuq dgħajsa żgħira li kienet qed tegħreq.

L-ekwipaġġ tal-Aquarius lemaħ din id-dgħajsa aktar kmieni dalgħodu fil-baħar Mediterran fl-ibħra internazzjonali ‘l barra mil-Libja.

Fi stqarrija fuq Twitter, l-ekwipaġġ qal li d-dgħajsa żgħira kienet iffullata u kien qed jitħol l-ilma. Qalu wkoll li dawn il-persuni abbord kienu esposti għall-fjuwil u ħadd ma kellu ġakketta tas-salvataġġ. Il-11-il persuna, issa jinsabu abbord Aquarius.

L-Awtoritajiet Maltin ma jweġbux lil Aquarius

Fi stqarrija separati, l-ekwipaġġ qal li l-awtoritajiet Maltin flimkien ma’ dawk Taljani u Tuneżini ma tawhomx risposta dwar il-futur tal-11-il persuna li jinsabu abbord Aquarius. Semmew ukoll li qabel ma saret l-azzjoni ta’ salvataġġ, ġew avżati direttament l-awtoritajiet Libjani.

Kelliema għall-Gvern għadha mhix infurmata b’dan l-iżvilupp.