Filmat: “Sakemm hemm int timxi miegħi, jien nista’ ndur id-dinja” – Ina lil Dominic

Posted by Dominic Cini on Saturday, May 16, 2020

Ilbieraħ kien jum speċjali għal Dominic Cini u Ina Robinich hekk kfi iċċelebraw it-12-il sena anniversarju miż-żwieġ tagħhom. L-ikbar sorpriża għalihom kienet is-sorpriża li ħejjewlhom il-ġirien hekk kif ippreparawlhom kejk għall-okkażjoni li huma qasmu f’nofs ta’ triq fil-preżenza tagħhom.

Dan kien ġest min-naħa tal-ġirien talli fil-ġimgħat li għaddew il-koppja allegrat lill-istess ġirien bil-mużika tagħhom.

Dominic u Ina għandhom ukoll tifel, Ainsley.

F’messaġġ li Ina kitbet lil Dominic għal dan il-jum, hi qalet li “it-triq ma kinietx waħda lixxa u għal wita imma sibna ħofor, tlajja u nżul. Imma sakemm hemm int timxi miegħi Dominic nista’ ndur id-dinja. Għax naf li jekk naqa’ mhux ħa tiġborni għax tkun qed tmut bid-daħk issa drajtek mma ħa nsibek biex iddewwili l-ferita.”

Il-messaġġ jirrifletti l-ispirtu umoristiku ta’ din il-koppja li spiss joqgħodu jaqbdu ma’ xulxin b’messaġġi “jniggżu” fuq il-profili tagħhom fuq Facebook.

Dominic, min-naħa tiegħu ukoll ħalla messaġġ, forsi xi ftit aktar serju mis-soltu fen ma qagħdx jaqbad ma’ Ina u kitbilha li “J’alla jkollna ħafna aktar snin flimkien biex inkun nista’ ngħożżok tul ħajti kollha.”

Huwa rringrazzja wkoll lill-ġirien għall-ġest tagħhom.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Dominic Ina għal aktar snin ta’ mħabba, mużika… u nkejja!