Filmat: Sajjieda Maltin isalvaw fekruna

Grupp ta’ sajjieda Maltin salvaw fekruna li kienet maqbuda f’xibka tas-sajd, wara li rawha meta ħarġu jistadu.

Huma tellgħu filmat fuq Facebook li juri l-fekruna, ta’ daqs ġmielu, maqbuda fi ħbula ta’ xibka ħoxnin u blu. Huma tellgħuha mill-baħar, neħħewlha x-xibka minnufih hekk kif dehret qed tibda tifga, u reġgħu ħelsuha f’postha, fil-baħar.

Illum hrigna nistadu ….u salvajna fekruna min halq it tbatija…

Posted by Gorg Refalo on Tuesday, August 21, 2018