Filmat: Sajjetti jiżfnu fis-sema Għawdxi

Read in English.

Daqs 203 sajjetta laqtet il-Gżejjer Maltin u l-baħar fil-madwar f’dawn l-aħħar 24 siegħa.

Il-filmat juri s-sajjetti li żifnu fis-sema Għawdxi, meħudin minn fuq bejt fin-Nadur għall-ħabta tan-12.30am. Skont is-sit lightningmaps.org, il-Gżejjer Maltin raw daqs 203 sajjetta f’24 siegħa.  Il-Gżejjer Maltin qed jesperjenzaw il-maltemp hekk kif beda Settembru, b’sajjetti, xita, ragħad, u saħansitra silġ.

Aqra: Filmati: Ara kif il-maltemp laqat il-Gżejjer Maltin

Ilbieraħ, hekk kif l-ewwel maltempata laqtet il-Gżejjer Maltin, diversi lokalitajiet speċjalment fin-Nofsinhar ta’ Malta esperjenzaw xita qliel. Jidher li postijiet bħal Birżebbuġa u Ħal Għaxaq kienu l-aktar li ntlaqtu minn din il-maltempata u kien hemm mumenti fejn esperjenzaw ukoll is-silġ.

Skont il-paġna fuq Facebook Maltese Islands Weather, it-temp illum ikun ftit jew wisq imsaħħab b’ħalbiet iżolati tax-xita possibilment qawwijin u bir-ragħad kultant. L-ogħla ta’ 30 grad f’riħ ta’ Forza 3/4 mill-Majjistral għal-Tramuntana.

Morning Briefing/Rapport ta' FilgħoduThe weather will be partly to variably cloudy with isolated showers possibly…

Posted by Maltese Islands Weather on Wednesday, September 4, 2019

Filmat: Daniel Szabo, fil-grupp fuq Facebook jismu GOZONE