Filmat: Sajjetta taħraq katamaran

Il-maltemp ta’ dawn l-aħħar jiem ħalla ħsara sostanzjali fuq katamaran li daħal jiskenn f’Armier.  Il-katamaran ntlaqtet minn sajjetta nhar it-Tnejn wara nofsinhar. 

Il-paġna fuq facebook it-Temp Madwarna qed jirraporta li sajjetta tat-tip ‘C-G’ jew 𝘊𝘭𝘰𝘶𝘥 𝘵𝘰 𝘎𝘳𝘰𝘶𝘯𝘥 laqgħet katamaran li kien qed jistkenn f’waħda mill-bajjiet tal-Armier, fil-limiti tal-Mellieħa, waqt il-maltempata t-Tnejn waranofsinhar.

Ġie rappurtat li l-apparat elettroniku u l-magni abbord dan il-vapur ġew mixwija mill-kurrent tas-sajjetta.

F’dan il-filmat jidher ukoll duħħan tiela’ ftit wara li leħħet din is-sajjetta perikoluża, li kienet f’distanza ta’ inqas minn kilometru minn fejn inġibed dan il-filmat.