Filmat: Sailor Moon, bħal Lupin, għaċ-ċinema

Is-sena d-dieħla jidher li se tkun sena li fiha karattri animati tal-manga se jkunu qed jiddebuttaw fuq l-iskrin il-kbir taċ-ċinema. Dan wara li dan l-aħħar tħabbar li l-karattru popolari ta’ Lupin se jkun qed jingħata ħajja ġdida.

AQRA: Lupin III issa għaċ-ċinema

Anki l-cartoons ta’ Sailor Moon, li qed jiċċelebraw il-25 anniversarju milli bdew jintwerew se jkunu qed jispiċċaw fuq il-liżar il-kbir taċ-ċinema.

Pretty Guardians Sailor Moon Eternal se jkun l-isem ta’ dan il-film li se jkun maqsum f’żewġ partijiet u li se jkollu bħala supervisor lil Naoko Takeuchi, li hija l-persuna li kienet ħolqot il-manga oriġinali ta’ din is-sensiela.

Dan il-film hu biss wieħed minn bosta proġetti ta’ Sailor Moon li qed jiġu ppeparati f’għeluq il-25 anniversarju, fosthom ukoll l-ewwel ktieb diġitali ta’ Sailor Moon li diġà nħareġ f’Lulju li għadda.