Filmat: “Sa mill-ewwel darba li smajtha ridt nirrekordjaha” – Ela

Il-kantanta żagħżugħa Ela Cachia fl-aħħar ġranet nediet il-vidjow mużikali tal-kanzunetta Falling ta’ Harry Styles.

“Sa mill-ewwel darba li smajtha ridt nirrekordja din il-kanzunetta,” ikkummentat il-kantanta Ela li permezz ta’ Falling daħlet lura fi studjow wara perjodu ta’ waqfu minħabba li ma bdietx tlaħħaq mal-iskola u l-istudju. Madanakollu dan is-sagrifiċċju ssarraf f’suċċess wara li hija kisbet għaxar O-Levels u b’hekk issa sabet il-ħin biex ukoll tkompli bil-karriera mużikali qabel ma issa terġa’ tieqaf biex tkompli l-istudji tagħha.

“Issa nkompli naqdef għall-A levels u s-sena dieħla nidħol l-università u nkompli nistudja għal psikjatra,” ikkummentat hi, waqt li esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għar-rispons li kellha mill-pubbliku għall-vidjow ta’ din il-kanzunetta.