Filmat: Rocket jispiċċa ballun tan-nar malli jinqata’ mill-art

Ftit sekondi biss wara li nqata’ mill-art, rocket destinat għall-istazzjon spazjali internazzjoni spiċċa ballun tan-nar.
Dak kollu li kien hemm fuqu, inkluż sperimenti u riċerka xjentifika, kompjuters, apparat, ikel, kotba u riżorsi oħra għall-ekwipaġġ tal-istazzjon, spiċċaw irmied f’għalqa f’Virginia fl-Istati Uniti.
L-aħbar tajba imma hi li fl-inċident ma weġġa’ ħadd.
NASA kkonfermat li l-ekwipaġġ għal issa għandu dak kollu meħtieġ biex jibqa’ għaddej.
Spjegat li fetħet investigazzjoni dwar x’ikkawża l-isplużjoni waqt li l-faċilitajiet li jintużaw biex minnhom jitlaq ir-rocket ingħalqu għal kollox.