Filmat: Robots flok bdiewa fl-għelieqi Amerikani sa tliet snin oħra

Università fl-Istati Uniti żviluppat robot ġdid li josserva l-iżvilupp tar-raba’.
Tarzan kien magħmul minn tim ta’ xjentisti fl-Università Georgia Tech bil-għan li waqt li jkun qed josserva l-pjanti fl-għelieqi jiġbor informazzjoni u jibgħatha lill-bidwi.
It-tim ta’ xjentisti li ħolqu lil Tarzan qed jippjanaw li jippruvawh għall-ewwel darba f’razzett tal-fażola, u qed jippjanaw li jinħareġ għall-bejgħ fis-suq internazzjonali sa tliet snin oħra.