Filmat: Robbie Williams jingħaqad lura mal-familja wara 3 ġimgħat kwarantina

Ritratt meħud mill-filmat

Mument emozzjonanti għall-kantant Robbie Williams hekk kif ftit tal-ħin ilu reġa’ ngħaqad mal-familja tiegħu wara li kien ilu 3 ġimgħat fi kwarantina. Dan minħabba li huwa kien qiegħed fuq mawra fl-Awstralja.

Kienet il-mara tiegħu Ayda Field Williams li ġibdet dan il-filmat u xerrditu fuq Instagram.

Theodora (7 snin) u Charlton (5 snin) jidhru jmorru jilqgħu lil missierhom hekk kif wasal lura fid-dar f’Los Angeles. Huma għandhom wkoll żewġ ulied oħra, Colette (18-il xahar) u Bea (li għadha tat-twelid). Dawn it-tnejn twieldu permezz ta’ surrogate mother.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn