Filmat: Robbie Williams b’kunċert privat waqt li qiegħed fi kwarantina

Read in English.

Il-kantant Robbie Williams bħalissa jinsab fi kwarantina wara li possibilment ukoll intlaqat mill-virus tal-cornavirus. Madanakollu hu jinsab tajjeb u ħa l-opportunità biex jikkomunika mas-segwaċi tiegħu billi mill-kamra tas-sodda jagħti wirja differenti mis-soltu fejn qagħad ikanta ma’ uħud minn kanzunetti popolari ta’ kull żmien.

Din kienet it-tieni darba li għamel dan it-tip ta’ kuntatt mas-segwaċi tiegħu wara li qabel għamel kollegament simili fejn kanta kanzunetti mir-repertorju tiegħu.

L-appell ta’ Robbie Williams però huwa biex dawk li qed igawdu minn dawn il-wirjiet tiegħu u jixtiequ jagħmlu differenza qed jinġabru fondi permezz ta’ RWfanfest b’risq The Donna Louise: Hospice care for children & young people minħabba li jinsabu f’qagħda finanzjarja kritika u minħabba f’dak li qed jiġri bħalissa madwar id-dinja kellhom iħassru kull attività li permezz tagħha jiġbru l-fondi.

Il-filmat ta’ Robbie għal din l-okkażjoni għandu tul ta’ kważi siegħa u hu qed jappella li jekk kull min qed jara l-filmat jagħti donazzjoni ta’ £3 (€3.25), is-sitwazzjoni tkun waħda ferm differenti għal dawn it-tfal.

Id-donazzjonijiet qed isiru onlajn permezz ta’ dan il-link.