Filmat: Rikostruzzjoni tat-Tieqa tad-Dwejra

Matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu, it-tugboat Spinola għamlet rikostruzzjoni tat-tieqa tad-Dwejra permezz tal-pompi tal-ilma tagħha.
Din l-attrazzjoni ġiet organizzata dalgħodu u għal għaxar minuti kull siegħa, t-turisti u dawk kollha li żaru d-Dwejra setgħu jaraw il-mina tal-ilma li ġiet iffurmata permezz tal-ilma li ġie ppumpjat b’saħħa kbira mit-tugboat.
Il-Ministeru għal Għawdex organizza ġurnata ta’ attivitajiet bl-għajnuna ta’ għadd ta’ voluntiera minn għaqdiet differenti.
Il-Victoria Scout Group organizzaw sessjoni ta’ archery fis-sit fejn jikkampjaw kull sena filwaqt li membri mill-ERRC ħejjew zipline li minnha setgħu jinżlu n-nies minn fuq il-Qattara għall-wied tad-dwejra.
Kien hemm ukoll wirja b’ritratti tat-Tieqa tad-Dwejra f’epoki differenti.
Għal dawk li niżlu d-Dwejra llum, il-Ministeru għal Għawdex iffaċilità wkoll mawra bid-dgħajsa b’xejn kif ukoll numru ta’ mixjiet.
Filmat u ritratti: Beppe Galea