Filmat: Rigal tal-Milied mingħand Robbie Williams

Robbie Williams għadu kif nieda t-tnax-il album tiegħu, The Christmas Album, l-ewwel album tiegħu bit-tema tal-Milied. Dan hu CD album doppju b’siltiet klassiċi tal-Milied u oħrajn kompletament ġodda.

Fl-ewwel CD li hi msemmija Christmas Past hemm inklużi siltiet klassiċi bħal Winter Wonderland, Santa Baby, Let It Snow!, Merry Christmas Everybody kif ukoll is silta It’s A Wonderful Life li huwa dwett ma’ missieru Peter Conway.

Christmas Future huwa l-isem tas-CD l-ieħor f’din il-kollezzjoni li tinkludi Time for Change, silta li nħarġet ukoll bħala single u anki sarilha vidjow mużikali li tnieda wkoll ilbieraħ.

Siltiet oħra f’dan l-album jinkludu Home, Fairytales, Christmas (Baby Please Come Home) u I Believe in Father Christmas.

F’dan l-album m’hemmx biss il-vuċi ta’ Williams għax għandu bosta artisti mistiedna li jkantaw miegħu fuċ xi siltiet.

Dawn jinkludu lil Rod Stewart, Bryan Adams, Jamie Callum u l-champion tal-boxing Tyson Fury.

B’rabta ma’ dan l-album Robbie Willoiams se jkun qed jagħti kunċert nhar it-Tnejn 16 ta’ Diċembru fl-arena ta’ Wembley. Hu semma’ dan il-kunċert bħala The Christmas Party.