Filmat: ‘Ridt inkun naf min fejjaqni’

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalista Julia Callus tiltaqa' ma' MC Tempo, rapper Ingliż li juża dan l-istil ta' mużika biex jitkellem dwar Ġesù Kristu.
MC Tempo spjega kif għadda minn ħafna tbatija fi tfulitu minħabba d-divorzju tal-ġenituri tiegħu, tkeċċa mill-iskola u li spiċċa jabbuża u jittraffika d-droga f'żgħożitu.
Żied li r-raves (tip ta' kunċerti mużikali, xi drabi illegali) li kien idoqq fihom, wassluh biex jitlef is-smigħ f'widna waħda.
Spjega kif darba waħda ltaqa' ma' Kristu permezz ta' Indjan li fejjaqlu widintu.
Illum, flimkien ma' martu, MC Tempo jaħdem fil-parroċċa tiegħu f'Londra, fejn jorganizza serata għaż-żgħażagħ kull nhar ta' Ġimgħa.
Temm billi fakkar fil-maħfra li għandu Alla għal kulħadd u b'diska li kkompona waqt il-ħin tal-intervista.

Filmat: Jonathan Mercieca