Filmat: Riccardo x’se jgħidilha lil Erminia?

It-tieni staġun mis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba jkompli llejla fuq TVM fid-8.50pm u se naraw għaliex Agata tinsab irrabjata għal Karla u l-familja tagħha. U Karla x’se tgħidilha lil Agata dwar l-ikel tal-familja?

Erminia tibda xogħol mal-familja Cuppola. Riccardo x’se jgħidilha xħin jaraha?

Giuseppe u Federico dwar xiex se jitkellmu? Federico x’se jgħidilu u x’parir se jtih? Katia tmur tfittex lil Bernardette. X’se tgħidilha meta sabitha? 

Ġużi tieħu t-tè lil Laura. Għaliex se jkollha xi tgħid magħha? X’se tgħidilha fuq Emilio u fuq it-tarbija? Karla tmur tfittex lil Bernardette. X’se jiġri bejniethom?

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa għal Rewind.

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni l-Ħadd ta’ wara fl-11.30pm fuq TVM 2.