Filmat: Rekord ta’ 13-il pajjiż fl-airshow ta’ din is-sena

Rekord ta’ 13-il pajjiż se jkunu qed jipparteċipaw fl-airX Malta International Airshow li se ssir fi ftit tal-ġimgħat oħra.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-President tas-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni Joe Ciliberti qal lil din se tkun l-ikbar edizzjoni li qatt ġiet organizzata f’Malta.
Fost il-pajjiżi parteċipanti hemm l-Italja, Spanja, it-Turkija, ir-Renju Unit, l-Iżvizzera, il-Ġermanja, il-Polonja, il-Belġju, il-Greċja, u r-Repubblika Ċeka. Fost dawn se jispikkaw il-Frecce Tricolori u r-Red Arrows kif ukoll erba’ timijiet aerobatiċi.
Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis iddeskriva l-attività bħala waħda ta’ livell dinji.
Mhux eskluż li f’din il-wirja internazzjonali tal-ajru li se ssir fis-27 u 28 ta’ Settembru, jipparteċipaw aktar pajjiżi.