Filmat: Red Electrick joħorġu diska ġdida

Il-grupp mużikali Red Electrik ħareġ diska ġdida li ġġib l-isem ta’ ‘Right Here’. 
L-istess grupp mużikali, li miegħu ingħaqad riċentament il-kantant Joe Roscoe, se jorganizza l-ewwel gig uffiċjali nhar il-Ġimgħa li ġej f’ Ryan’s Pub f’San Ġiljan. 
Il-500 invit uffiċjali għal dan il-gig inbiegħu fl-ewwel jumejn. 
Madanakollu l-grupp javża lil dawk li ma laħqux biljett li qed jippjana diversi gigs oħra madwar Malta. 

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=Ka3-yHkRUsg]