Filmat: Rebecca Pace għall-Polonja

Aktar tard dan ix-xahar Rebecca Pace se tkun qed tibda l-aħħar preparamenti biex tirrappreżenta lil Malta fl-edizzjoni li jmiss tal-konkors internazzjonali tas-sbuħija Miss Supranational.

Pace se ddum fil-Polonja madwar tlett ġimgħat, hekk kif il-finali ssir fis-6 ta’ Diċembru.

Ritratt: Benjamin Sant

It-tfajla Maltija ntgħażlet biex tirrapprezenta ‘l Malta f’dan il-konkors wara li rebħet il-kompetizzjoni organizzata mill-Vogue Modeling Management.

Għal dan il-konkors tas-sbuħija se jkunu qed jieħdu sehem madwar 80 tfajla madwar id-dinja.

Waqt il-kompetizzjoni, it-tfajla Maltija se tkun qed tieħu sehem f’kompetizzjoni b’kostumi nazzjonali. Għalhekk hija se tkun qed tikkompeti f’din is-sezzjoni permezz ta’ kostum li se jinħadem apposta għaliha.

Ritratt: Benjamin Sant

Bħala parti mit-tħejjijiet li jwasslu għall-parteċipazzjoni tagħha, Rebecca bħalissa qed ikollha ħafna taħriġ fil-ġimm, kif ukoll taħriġ fuq il-catwalk u bosta preparazzjonijiet bl-ilbiesi li se tipparteċipa bihom.


Fiż-żmien li ġej se jkun qed jinħareġ aktar tagħrif ieħor dwar kif wieħed jista’ jagħti l-appoġġ tiegħu lil Rebecca u anki jivvutalha f’dan il-konkors.

Awguri Rebecca!