Filmat: “Rawni nagħmel il-hula hoop f’Londra u avviċinawni biex nidħol fi grupp”

Clare Brincat ta’ 28 sena telqet lejn Londra 9 snin ilu u fl-ewwel sena tagħha kienet tagħti wirjiet tal-hula hoop fit-toroq. Tant impressjonat li avviċinawha biex tingħaqad mal-Maraw’s Majorette’s li taw bosta wirjiet f’Londra.

Għal Claire din kienet l-ewwel esperjenza tagħha weħidha fuq palk u jidher li l-wirja bi tletin hula hoop impressjonat.

Mhux l-istess għall-prova ta’ Sarah u Maxine li minn fuq is-siġġijiet tagħhom telgħu fuq il-palk biex jippruvaw.

Lura għall-voti, Claire għaddiet għall-fażi li jmiss.