L-Animal Guardians qed jappellaw lill-pubbliku biex jgħinhom isibu qattusa li ħarab fl-inħawi ta’ Ħaż-Żabbar. Din il-qatusa li twieġeb għall-isem ta’ Nutmeg ħarbet mingħand il-persuna li addottata. It-tfittix qed isir kemm f’Ħaż-Żabbar u anki f’Wied il-Għajn hekk kif l-Animal Guardians qassmu wkoll diversi flyers bit-tama li l-qattusa tinstab.
Kien f’Awwissu tas-sena l-oħra li din il-qattusa kienet instabet fit-toroq u wara li ttieħdet għall-kura għand il-veterinarju żviluppat minn qattusa irqiqa ħafna għal qattusa b’saħħitha.
Għaldaqstant min jilmaħ din il-qattusa hu mitlub li jikkuntattja lill-Animal Guardians fuq in-numru 9984 6594.
Se tingħata s-somma ta ‘ €100 għal min isibha. Animal Guardians qed jappellaw biex però ħadd ma jipprova jaqbadha u jċempel minnufih.
Tistgħu wkoll tidħlu fil-paġna Facebook ta’ Animal Guardians.

Animal Guardians qed jappellaw ukoll li jekk hemm min jxitieq jagħmel xi donazzjoni, jsita’ jagħmel dan permezz ta’ PayPal fuq feedacatnowgmail.com
Inkella permezz ta’ċekk fl-indirizz postali:
Animal Guardians Malta
PO.Box 22
Birkirkara. MALTA
Tista’ ssir ukoll donazzjoni permezz tal-internet banking f’dan il-kont:
Bank of Valletta St Venera
Account Name. 40023402865
IBAN Number.
MT51VALL22013000000040023402865
Swift Code VALLMTM